Sunday, September 14, 2025

Dalwaqt għall-iskola

Jikteb Raphael Borg

Aqra wkoll

Dalwaqt għall-Iskola! L-edukazzjoni fi kriżi. Dan l-aħħar bdejt nara aktar u aktar billboards dwar il-professjoni tal-għalliema. Daqt nibdew!

U magħhom daqt tibda l-‘iscare’ stupida oħra dwar s-studenti ulied ħaddiema barranin u l-possibilità ta’ għalliema barranin.

Sadanittant mhux qed nirrealizzaw li, bħas-settur tas-saħħa, s-settur edukattiv la qed ilaħħaq ma tkabbir tal-popolazzjoni bit-tir ta profitt għall-għan ta’ profitt innifsu u xejn aktar, u qed jara kriżi ta’ ‘manpower’ li aktar ma mmorru aktar jinħass; nies jitilqu għal professjonijiet oħra, nies li jitilqu mill-pajjiż, nies li jippreferu jintelqu fuq l-istess ħrafa ta’ dħul finanzjarju spekulattiv u kiri tal-proprjetà flok siegħa xogħol onest, etc.

B’xi mod it-toqba trid timtela. La naġevolaw dan il-mudell, hemm il-konsegwenzi ddum kemm ddum sabbat saqajk.

La bżaqta, ilgħaqha. Jekk trid bidla, insisti dwar bidla fil-mudell ekonomiku. M’hemmx mod ieħor.

Jekk tippreferi noqogħdu bla għalliema, imbagħad, ara kif se tillapazza; nibku għax ngħixu f’soċjetà bla edukazzjoni. Stenna li aktar għalliema jgħajjew u ma jleħħqux, u aktar jitilqu mill-professjoni.

Imbagħad nibku aktar.

X’ser inkomplu nissagrifikaw biex min jitħanżer ikompli jitħanżer? Lesti nitħanżru ftit inqas u ngħixu ħajja aktar sempliċi, jew nistennew biss mingħand ħaddieħor? L-edukazzjoni li tibni pontijiet.

Qed naraw ukoll ħafna paniku u kliem żejjed dwar id-donazzjoni ta’ din l-istituzzjoni lis-sistema edukattiva.

Xi drabi nistaqsi lili nnifsi: irridu jew ma rridux soċjetà li taħdem flimkien? Jew tal-anqas, li tipprova?

Mill-esperjenza tiegħi personali u snin ta’ studju, meta naqra artiklu bħal ta’ ħuna Imam Laiq Ahmed Atif f’It-Torċa tal-24.08.2025, nieħu wens bħala Nisrani. Ninduna li l-isterjotip tal-Musulman bħala persuna intolleranti ġej mill-istess post minn fejn jitwieled l-isterjotip tal-Insara. Hemm Nsara li jgħidu li huma Nsara imma ma jafux sew il-fidi tagħhom, u bl-istess mod jiġri fil-komunità Musulmana. Fejn ma jkunx hemm edukazzjoni fil-fidi, jinħolqu biss sterjotipi.

Donazzjonijiet bħal kotba għall-iskejjel dwar liema qed jqajmu paniku ċerta mkejjen – jsaħħu l-edukazzjoni u jagħmlu differenza kbira. Permezz tagħhom, nevitaw li jinħolqu jew jitħaddmu l-isterjotipi. Aħna nsiru nafu lill-komunitajiet l-oħra b’mod aktar kumpless u reali, filwaqt li huma jkunu jafu l-fidi tagħhom biżżejjed biex jifhmu li t-tolleranza hija parti integrali minnha.

Fi kliem ieħor: l-edukazzjoni hi l-pont li jneħħi l-biża’ u jiftaħ il-bieb għall-għarfien u l-għaqda. Għalhekk din opportunità oħra biex anke aħna naqraw aktar dwarhom biex nifmhu d-dinja tagħhom ukoll.

…jew noqogħdu fuq ħafna allarmiżmu stupidu li qed “jipprovaw jindottrinawna”, u nistmaw lil uliedna ta stupidi li jibilgħu kull ma jaqraw mingħajr ma jixtarruħ, ux. “But every accusation is a confession”, kif jgħidu.

 Biex norbot ż-żewġ temi; kif nippretendu li sseħħ l-integrazzjoni tan-nisġa tal-popolazzjoni mingħajr il-mezzi biex nagħmluhom u mingħajr ma nafdaw f’dawn il-mezzi?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport