Wednesday, December 18, 2024

DALWAQT: Il-PM Robert Abela jitkellem dwar il-budget 2022

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ assistejna għar-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li għal darba oħra reġa’ sostna li dan kien budget għal-lum biss u li jinsa li hemm għada.

Intant illum imiss il-Prim Ministru Robert Abela li jitkellem dwar il-budget 2022. Il-Prim Ministru Robert Abela wasal fil-parlament ftit tal-ħin ilu u jidher preparat biex jibda d-diskors tiegħu.

Fid-diskors tiegħu tal-bieraħ, Grech qal li huwa ċar għal kulħadd li għall-Partit Laburista jimporta biss kif se jasal għall-elezzjoni ġenerali però għan-nies jimporta ferm aktar kif se naslu għas-sena d-dieħla u għas-snin ta’ warajha. Fost miżuri oħra mressqin minnu huwa wiegħed servizz ta’ tabib bla ħlas għal persuni mdaħħlin fiż-żmien, vouchers ta’ safar għaż-żgħażagħ u żieda finanzjarja għall-edukaturi u l-frontliners.

Ekonomija

Sport