Saturday, November 16, 2024

Illum l-istati membri fl-UE jingħaqdu biex ikomplu jlaqqmu lil nieshom kontra l-virus tal-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-midja barranija llum qiegħda tiffoka fuq il-jum tant mistenni mill-istati membri tal-UE. Wara numru ta’ xhur ta’ stennija għall-vaċċin li mistenni jgħin fit-triq lura għan-normalità, illum l-istati membri se jkunu qed jingħaqdu biex flimkien jibdew ilaqqmu lil nieshom.

Il-President tal-Kummissjoni Elettorali Ursula von der Leyen lbieraħ qalet li t-tilqima Pfizer-BioNTech kienet tqassmet fis-27 pajjiż. Żiedet tgħid li filwaqt li l-maġġoranza kellhom jibdew jammiinistrawha mil-lum, oħrajn bdew minnufih mingħajr l-ebda telf ta’ ħin sa mill-bieraħ stess.

F’dan l-istadju huwa kkalkulat li fl-UE kien hemm mat-335,000 mewt relatati mal-pandemija 

B’referenza għall-programm ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna, il-Ministru Fearne qal li fl-ewwel ġimgħa l-pjan huwa li jiġu mlaqqmin elfejn persuna. Dan jibqa’ tiela’ sakemm jilħaq l-20,000 persuna li jiġu mlaqqmin fil-ġimgħa. Dan se jkun qed iwassal biex saas-sajf tintlaħaq il-herd immunity kontra l-virus.

Ekonomija

Sport