Hekk kif tlesta l-proċess ta’ tenders u l-adjudication, ħames statwi antiki li jinsabu fil-Belt Victoria se jibda r-restwar fuqhom.
Kien is-Sindku tal-Belt Victoria, Brian Azzopardi li ħabbar dan fejn qal li “ninsabu lesti biex naraw dawn il-monumenti importanti jingħataw il-kura u l-attenzjoni li jistħoqqilhom”.
Dan ir-restwar se jsir grazzi għal fondi ta’ €30,000 miksuba mill-Kunsill permezz tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.



