Saturday, December 21, 2024

“Dan hu l-uniku pajjiż fl-Ewropa li jikkriminalizza l-abort”

Aqra wkoll

Tgħid dan is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar fil-Parlament

Is-Segretarju Parlamentari, Rosianne Cutajar, iddikjarat fil-ħin tal-aġġornament li Malta hi l-uniku pajjiż fl-Ewropa li jikkriminalizza l-abort.

Saħqet li “jekk mara hi tqila ma tistax tkorri jekk tieħu l-morning after pill.  Temmnux il-gideb li jgħidulkom. Din hi pillola kontraċettiva bħal ma hu l-kondom. Din il-pillola ma tikkawżax abort. Tħallux lil min ma jridx jisma iwaqqafkom milli tkunu responsabbli sesswalment. Dan hu l-uniku pajjiż Ewropew li jikkriminalizza l-abort.”

Hi qalet li “sbieħ it-tfal imma n-nisa ma neżistux biex inġibu it-tfal biss.”

Hi qalet li “ma nistax nifhem l-oġġezzjoni tal-ispiżjara għal bejgħ tal-morning after pill. Kif ibigħu l-condom, li hu kontraċettiv għandhom ibigħu l-morning after pill, għax dik hi kontraċettiv ukoll.”

Ekonomija

Sport