Waqt l-intervent tiegħu fis-seduta parlamentari tal-lejla d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo tenna li “l-Prim Ministru kien qed jagħmel ħażin meta kien qed jieħu l-krettu tar-reżiljenza tal-ekonomija, minn ħalq is-self employed. Il-Prim Ministru Abela kien qed jiżgwida lil poplu meta qal li fi żmien diffiċli il-piż jerfgħu l-gvern u mhux il-poplu. Id-dejn qed jikber u issa dan il-gvern irid jgħid kif l-introjtu li qed jgħid li se jdaħħlu meta l-ekonomija qed tiġi preġudikata. Dan il-budget għandu rekord ta’ dejn u dan il-piż kollu qed jerfgħu l-poplu”.
Edwin Vassallo tkellem dwar il-vawċers u qal li dan hu mertu tal-Partit Nazzjonalista għax hu ħareġ bl-idea tal-vawċers.