Saturday, December 21, 2024

“Dan il-gvern sab u se jibqa’ jsib is-soluzzjonijiet għall-kaċċa u l-insib”

Aqra wkoll

F’attività politika fl-Imqabba, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ddikjara li dan il-Gvern sab u se jibqa’ jsib is-soluzzjoni fis-settur tal-kaċċa u l-insib. 

Il-Ministru Camilleri qal li Gvern Laburista fejn kellu bżonn jinnegozja, innegozja, fejn kellu bżonn jikkonvinċi, ikkonvinċa u fejn kellu bżonn jgħid li ma jaqbilx, ma qabilx.

Camilleri qal li kien hemm perjodi ta’ riċerka għall-għasafar tal-għana u hekk se jerġa’ jsir. Qal li ġiet rispettata d-deċiżjoni tal-poplu b’referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa u hekk se jibqa’ jsir.

“Dan il-Gvern se jibqa’ jkun fuq quddiem nett biex jiddefendi t-tradizzjonijiet tagħna għax dak li hu tagħna jibqa’ tagħna.”

Ekonomija

Sport