“Kont bdejt inħossni għajjien u ma stajtx nieħu nifs. Ommi ħaditni għand it-tabib, Ommi bdiet tibki. Rajt tmejjel rasha fuq spallejn missieri. Smajtha tgħidlu ‘għaliex ibni”. Dan kien il-mument li ġew infumati li Meron kellu kanċer.
Immedjatament bdewlu il-kimoterapija. Ma kienx ippreparat għaliha u beda jħossu ħażin ħafna. Meron beda jibki ħafna. Għal ħafna ħin ġismu kien jirtgħod.
Kien iżomm idejn omm biex jagħmel il-kuraġġ. “Naf li l-ġenituri iħobbuni ħafna. Fl-Ukrjna kienu jitrattaw il-marda tiegħi bl-aħjar mod. Irrakkomandawlna niġu ġo Iżrael. Hawn qegħdin waħedna. In-nanniet u l-ħbieb qegħdin l-Ukrajna.”
Imma f’Iżrael mhux kollox kien ward u zahar. Fl-isptar l-omm ġiet infurmata li jekk ma tħallasx il-pagamenti fil-ħin, il-kura ma tkunx tista’ tingħata. Meron spiss jikkummenta fuq il-fatt li jara lil ommu tibki. “Ma nixtieqx naraha tibki.”
Biex jgħinu lil Meron daħlet l-oganizazzjoni ‘Chance for Life’, li immedjatament bdew b’kampaji ta’ ġbir ta’ fondi.
Fl-aħħar aġġornament dwar Meron, li sar proprju ftit jiem ilu f’Diċembru intqal li “bdiet ġimgħa ġdida. Qegħdin mill-ġdid fl-isptar. Niġu hawn għal perjodi twal ta’ żmien. Anki meta noħorħu minn hawn ma nkunux ħielsa għax irridu noqogħdu attenti ħafna minħabba li Meron faċli jieħu infezzjonijiet jew bacteria u dawn huma perikolużi ħafna għalih. Anki fil-ward tiegħu stess, ma nitħallewx lanqas niftħu it-tieqa. M’hemmx post fejn hu jista’ jħossu ħieles. Fl-isptar ibati ħafna. Nipprova nagħmiillu ħajtu komda kemm nista’. Dak li jagħmlu rilassat hu biss dak li jkun jaf li għandu ċans jgħix u li hemm ċans li jirritorna għal ħajja normali”, tiddikjara l-omm.