Sunday, December 22, 2024

Dan ir-raġel ma għadux imfittex mill-Pulizija

Aqra wkoll

B’referenza għall-istqarrija maħruġa lbieraħ, il-Pulizija tixtieq tinforma lill-pubbliku li l-persuna li qed jidher fir-ritratt ma għadux imfittex.

Huwa kien qed jiġi mfittex b’rabta ma’ każ li hemm għaddej fil-Qorti.

Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Ilbieraħ: Persuna mfittxija b’rabta ma’ każ fil-Qorti

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li kienu qegħdin ifittxu lil persuna li tidher fir-ritratt u dan qiegħed isir b’ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 15/2024.

Ekonomija

Sport