Hekk kif bħalissa l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II tinsab fuq fomm kulħadd, sfortunatament seħħet traġedja oħra fejn tifla ta’ erba’ snin mietet bil-għatx f’idejn ommha, waqt li kienu qed jisperaw għal futur aħjar.
Bħalissa r-ritratt ta’ din it-tifla li kien jisima Loujin qed jinxtered fuq il-midja soċjali. Hija mietet wara li għamlet disat ijiem bejn sema u ilma.
Fost dawk li kkumentaw, ħalliet post l-eks-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fejn uriet id-dispjaċir tagħha għal din it-tifla li tilfet ħajjitha.
“Għalija dan ir-ritratt jirrappreżenta l-inġustizzja kontra dawk li għandhom dritt daqsi jgħixu fil-paċi u mhux fil-gwerra” Kitbet l-eks President ta’ Malta.
Hija qalet ukoll li tinsab iddispjaċuta li proprju Malta kien wieħed minn dawk il-pajjiżi msemmija li ħallew lil din it-tifla tmut, mingħajr ħadd ma għen.
Peppi Azzopardi qal ukoll li kif bħalissa kulħadd qed jibki għar-Reġina li mietet ta’ 96 sena, ħadd ma ta kas li mietet din it-tifla ta’ erba’ snin u kulħadd baqa’ għaddej bil-ħajja normali tiegħu.
Peppi kkundanna lill-Gvern li flok jgħin lil dawn in-nies huwa qed jibgħathom lura.