Tuesday, November 19, 2024

Dan is-sajf kien l-iktar wieħed sħun qatt immarkat fl-Ewropa

Aqra wkoll

Statistika miġbura mill-Unjoni Ewropea turi li dan kien l-iktar sajf sħun ġewwa Ewropa, hekk kif mewġiet twal ta’ sħana u nixfa kbira laqtu lil dan il-kontinent matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu. Is-sħana li għamlet f’dan il-perjodu kisret kull rekord li kien hemm.

Skont Copernicus Climate Change Service, l-informazzjoni qiegħda turi li Awwissu li għadda fl-Ewropa kien l-iktar perjodu sħun kemm ilha tinġabar l-informazzjoni fejn ir-rekord inkiser “b’marġni sostanzjali”. Min-naħa l-oħra, riċerkaturi fuq ix-xena globali qalu li Awwissu li għadda kien it-tielet l-iktar sħun kemm ilha tinġabar l-istatistika globalment. 

Din l-istatistika żgur li ma kinitx sorpriża għal dawk li esperjenzaw ix-xahar ta’ Awwissu li għadda ġewwa l-Ewropa. Skont l-informazzjoni miġbura, is-sajf li għadda kien 0.4C iktar sħun mir-rekord preċedenti, liema rekord kien ġie mmarket is-sena li għaddiet. Apparti hekk, Awwissu li għadda kien 0.8C iktar sħun minn Awwissu tal-2018.

Sport