Wednesday, July 16, 2025

‘Dan is-suċċess irifletta id-dedikazzjoni u il-ħin ta’ sagrifiċċju li qattajt fit-taħriġ biex xi darba nikseb din il-ħolma tiegħi’ – Kelsey Spiteri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-crossfit?

Kont ilni nippratika l-ġinnastika għal 12-il sena sħaħ u ħassejt li kelli bżonn bidla. Il-Crossfit kien dejjem iħajjarni u ta’ 14-il sena bdejt it-taħrig tiegħu. Laqatni mal-ewwel għaliex joffri varjetá ta’ movimenti u dixxiplini differenti.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq is-suċċess inkredibbli li ksibt f’Napli, l-Italja f’kompetizzjoni prestiġjuża tal-Crossfit?

Is-suċċess tiegħi ġewwa Napli ifisser ħafna għalija. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjoni li ikkompetejt ma’ atleti akbar minni fl-etá. Infatti jiena kont l-iżgħar atleta fil-kategorija tiegħi. Dan is-suċċess irrifletta d-dedikazzjoni u l-ħin ta’ sagrifiċċju li qattajt fit-taħriġ biex xi darba nikseb din il-ħolma tiegħi.

Kif tqis il-livell tal-crossfit f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-Crossfit f’pajjiżna qiegħed jogħla sew u għandna inkunu kburin li għandna atleti ta’ livell għoli tassew. U bis-saħħa t’hekk gyms Maltin qegħdin jorganizzaw iżjed kompetizzjonijiet f’pajjiżna. B’hekk għandna aktar opportunitajiet fejn nikkompetu.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-crossfit?

Ninsab ħerqana għall-futur għaliex hija il-ħolma tiegħi li nikkompeti barra minn xtutna fl-ogħla livell possibli u nkompli nikseb unuri kbar kemm għalija, kif ukoll għal Malta. Apparti minn hekk determinata biex inżid l-intensitá fit-taħriġ biex inkun nista’ nagħmel din il-ħolma realtá.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-crossfit.

Il-karriera fil-Crossfit mhix faċli peró wara ħafna ħin ta’ sagrifiċju u ħin ta’ commitment għalih mhux biss fit-taħriġ iżda fil-ħajja inġenerali bħal ħruġ, ikel u rqad tagħtik sodisfazzjon kbir, bħalma ħassejt jiena fil-mument tar-rebħa ġewwa l-Italja!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport