F’Jannar se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu t-tieni hub għal vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru, fl-Imtarfa, hekk kif ix-xogħlijiet jinsabu fl-aħħar fażi. Dan il-hub, fit-Tramuntana talpajjiż, se jkun qiegħed jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, is-sena kollha.
Wara li fi Frar tal-2024 kien infetaħ l-ewwel ċentru fin-naħa tan-Nofsinhar tal-pajjiż, f’Santa Luċija, ilKorp tal-Pulizija beda jaħdem sabiex jimmodernizza l-binja fejn kienet l-Għassa tal-Pulizija tal-Imtarfa sabiex din tinbidel f’hub li minnu topera t-Taqsima tal-Vjolenza Domestika u Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.
Dan iċ-ċentru tal-Imtarfa se jkun qed joffri diversi servizzi ta’ appoġġ u assistenza professjonali minn membri tal-korp tal-pulizija, professjonisti, u ħaddiema mħarrġa f’dan il-qasam u minn diversi entitajiet sabiex jgħinu u jagħtu servizz u appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza domestika.
Il-Hub se joffri ambjent adegwat u l-privatezza neċċessarja għall-vittmi, filfatt huwa mgħammar b’tagħmir fejn ilvittma tista’ tagħti x-xhieda tagħha ‘l bogħod mill-preżenza tal-aggressur.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li “fl-ewwel ħames snin mindu waqqafna it-taqsima talVjolenza Domestika u Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru fil-Korp tal-Pulizija, irreġistrajna żieda ta’ kważi 70% fir-rapporti ta’ vjolenza domestika. Din iż-żieda ma kinitx każwali, iżda huwa riżultat dirett ta’ servizz aktar professjonali, sensittiv u empatiku, kif ukoll ta’ investiment kontinwu fl-għarfien u fledukazzjoni.”
Il-Kummissarju Gafà żied jgħid li l-bidla pożittiva li l-Korp tal-Pulizija wettaq f’dan il-qasam matul dawn l-aħħar ħames snin hija waħda sinifikanti. Fil-fatt, l-aħħar stħarriġ tal-Eurostat juri li llum Malta għandha l-ogħla rata ta’ rapporti ta’ gender-based violence fl-Ewropa, b’rata ta’ 48%, kważi d-doppju tal-medja Ewropea li tammonta għal 26%.”
Matul dan il-perjodu, is-servizz f’dan il-qasam ġie msaħħaħ b’mod sostanzjali kemm fir-riżorsi umani kif ukoll fl-infrastruttura. Illum għandna madwar 70 uffiċjal li joperaw esklussivament f’dan is-settur, inkluż ġewwa Għawdex
Il-Kummissarju Gafà qal ukoll li “barra minn hekk, wara li sentejn ilu ftaħna l-ewwel hub f’Santa Luċija,
bħalissa għaddejjin bl-aħħar preparamenti sabiex minn dan ix-xahar nibdew noperaw it-tieni hub flImtarfa. Dan il-pass se jkompli jsaħħaħ is-servizzi tagħna fil-qalba tal-komunitajiet, u jressaq aktar viċin
l-appoġġ u l-protezzjoni lil min l-aktar għandu bżonnhom.”
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li tlaqna minn punt fejn ma kellnix
servizz speċjalizzat għall-vittmi tal-vjolenza domestika biex illum ninsabu fi stadju avvanzat li f’Malta
jkollna t-tieni hub speċjalizzat biex joffri dan is-servizz.
“F’Novembru tal-2020, waqqafna fi ħdan il-Korp tal-Pulizija l-ewwel Gender Based and Domestic
Violence Unit – b’Pulizija mħarrġa biex jagħtu servizz specjalizzat f’sitwazzjonijiet sensittivi bħal dawn.
Sena wara, f’April tal-2021, waqqafna l-Victim Support Agency. Għal ħafna snin il-vittmi tal-kriminalità
ma kinux konxji tal-proċeduri u tad-drittijiet tagħhom. Bit-twaqqif ta’ din l-aġenzija, il-vittmi qegħdin
jingħataw il-prijorità mistħoqqa biex nipproteġuhom bl-aqwa mod possibbli. F’Lulju 2023, imbagħad
b’liġi ġdida li għaddejna mill-Parlament, persuni f’relazzjoni bdew jingħataw informazzjoni dwar jekk
is-sieħeb jew is-sieħba tagħhom instabux ħatja ta’ vjolenza domestika fil-passat. B’dan kollu wassal
biex fl-2024 ftaħna l-ewwel hub għall-vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru
f’Santa Luċija filwaqt li fl-2025 introduċejna l-Panic Alarms.”
Sostna li llum jinnota bi kburija, li n-numru ta’ uffiċjali f’din is-sezzjoni tripla mill-ammont oriġinali u li
servizz speċjalizzat wassal biex aktar nies jirrapportaw. Servizz li jingħata mhux biss mill-pulizija, iżda
hu servizz akkumpanjat mill-professjonisti oħra li jkunu fuq il-post. Liema servizz, f’Settembru 2024,
ġie wkoll estiż fir-Rabat Għawdex.
Il-Ministru Byron Camilleri ikkonkluda għalhekk li s-sena 2026 ser timmarka pass ieħor importanti filħidma kontra l-vjolenza domestika, bil-ftuħ tat-tieni Hub din id-darba fl-Imtarfa, pass li fissru bħala
xhieda tal-impenn tal-Gvern li jkompli joffri l-aqwa servizzi liċ-ċittadini.




