Sunday, November 24, 2024

Dan l-oġġett m’għandux jiġi f’kuntatt mal-ikel minħabba possibiltà ta’ migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi artiklu li jiġi f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstab li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines waqt l-użu.

Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f’kuntatt mal-ikel (speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed). Dawn is-sustanzi jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa.

Deskrizzjoni tal-oġġett:Tongs (23cm Grande)
Dittà:
Ambition

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport