Tuesday, December 24, 2024

“Dan mhux ċajt … Dan l-aġir irresponsabbli se jiġi investigat”

Aqra wkoll

il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fl-aħħar ħin ħareġ jikkundanna t-telefonata b’rapport falz ta’ omiċidju li saret aktar kmieni dalgħodu.

Huwa qal li jinsab infurmat li daħal rapport falz għand il-Pulizija permezz tal-linja ta’ emerġenza 112. Żied jgħid li l-media bdiet tirrapporta li persuna nstabet mejta f’lukanda f’San Ġiljan.

“Intenni li dan mhux ċajt, u li dan in-numru għal assistenza fil-pront għandu jintuża għal każijiet veri. Infurmat ukoll li l-Pulizija se tinvestiga dan l-aġir irresponsabbli”, tenna Camilleri.

Ekonomija

Sport