Wednesday, September 3, 2025

“Dan mhux xogħol… imma skjavitù”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Alhaji hu immigrant ieħor li għadu kif għalaq l-20 sena. It-talba għall-ażil tiegħu ma intlaqgħetx.  Hu qiegħed jaħdem legalment b’permess tax-xogħol.  Wara li nħareġ mid-detenzjoni, hu permezz ta’ ħaddiema soċjali għamel CV. 

Qassamha ħafna minnha iżda ma rnexxielux isib xogħol. Kien avviċina aġenzija li tirrekluta l-ħaddiema. Din l-aġenzija sabitlu impjieg f’fabbrika. Ħadem għal tlett xhur bla kuntratt. Jgħid li din il-fabbrika hi magħrufa sew u għandha ħafna barranin jaħdmu magħha anki persuni bla document. Dawn jikru ħafna ħaddiema. Imma malajr jitfgħuk ‘lbarra. 

Qatt ma taf kemm se ddum magħhom fix-xogħol.  Dawn isegwu lill-ħaddiema bil-cameras li hemm u jekk twaqqa’ xi ħaġa milli jkollok quddiemek, immedjatament tispiċċa barra. Konna ningħataw biss 15-il minuta ħin tal-mistrieħ f’ġurnata xogħol ta’ tminn sigħat. “Dan mhux xogħol imma skjavitù”, jgħid Alhaji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport