Sunday, November 24, 2024

Dani Alves … jilgħab l-ewwel logħba tiegħu fil-ħabs

Aqra wkoll

Dani Alves lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-ħabs, wara li aktar minn ġimgħa ilu ġie arrestat wara akkużi ta’ attakk sesswali f’nightclub fil-belt Barċellona fl-aħħar tas-sena li għaddiet.

Alves, ta’ 39 sena, tkeċċa mill-club Messikan, Pumas, wara l-arrest u bħalissa qed jinżamm f’ħabs barra l-belt.

L-eks sieħbu, u manager ta’ Barcelona, Xavi Hernandez,  ddeskriva x-xokk tiegħu li l-Brażiljan, li dan l-aħħar kien fit-Tazza tad-Dinja mat-team nazzjonali tiegħu, kien ġie arrestat.

L-eks internazzjonali Spanjol wera appoġġ ma’ Alves iżda fl-istess waqt sostna wkoll li ma jridx jinsa lill-vittma.

Alves għadu fil-Ħabs ta’ Brians 2, li jinsab f’Sant Esteve Sesrovires, ftit barra mill-belt, għalkemm mistenni jappella għall-ħelsien mill-arrest.

Waqt li qed jistenna li jinħeles, iż-żmien li għamel il-ħabs s’issa ġie deskritt bħala bniedem eżemplari fejn kien involut ukoll fl-ewwel partita football tiegħu. 

Hemm dettalji limitati dwar il-partita li ntlaqgħet b’interess kbir mill-kumplament tal-ħabsin li riedu jarawh jilgħab b’mod ħaj … xi ħaġa li żgur qatt ma stennew li jaraw. 

Persuna li kien imdorri jara lill-Brażiljan personalment, li kien jaf qabel ma saru priġunieri flimkien, kien l-eks bodyguard ta’ Ronaldinho, Coutinho.

L-eks stilla ta’ Barcelona Ronaldinho, ukoll serva ġimgħat fil-ħabs wara li kien ġie arrestat fil-Paragwaj, lura f’April 2020.

Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb intqal li kien ‘maħbub’ minn sħabu fejn ta’ sikwit kien jaffaxinahom bl-abbiltajiet tiegħu bil-ballun. 

Wara 32 jum fil-ħabs  fl-Amerika t’Isfel, Ronaldinho, li għandu 42 sena, inħeles.

Sport