Dani Alves ammetta li ma kienx kuntent bil-mod kif Barcelona mmaniġġjaw it-tluq tiegħu minn magħhom aktar kmieni dan is-sajf, bid-difensur jinħeles fi tmiem il-kuntratt tiegħu.
Alves irritorna ma’ Barcelona f’Novembru 2021 wara li skada l-kuntratt tiegħu ma’ Sao Paulo, u d-difensur deher fi 15-il partita għall-club fit-tieni nofs tal-istaġun 2021-22.
Madankollu, il-ġganti Katalani ddeċiedew li ma jġeddu il-ftehim tiegħu, u għalhekk ħalla l-club bi free transfer.