Tuesday, September 17, 2024

Dani Carvajal mistenni jġedded ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Iċ-champions Spanjoli Real Madrid qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta ġdida u eventwalment tiġdid fis-salarju tad-difensur veteran Dani Carvajal. L-għan hu li l-plejer internazzjonali jiffirma sena oħra ta’ estensjoni sabiex b’hekk jibqa’ jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu sa Ġunju 2026.

Carvajal ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2013 fejn skorja disa’ gowls f’283 partita. Hu lagħab ukoll ma’ Bayer Leverkusen filwaqt li lagħab 51 darba mat-tim nazzjonali Spanjol.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport