Il-midfielder ta’ Real Madrid, Dani Ceballos għadu jitqies bħala mira ta’ trasferiment għal Arsenal.
Bejn l-2019 u l-2021, l-Ispanjol qatta’ perjodu mħallat b’self fl-Emirates Stadium, u beda 35 partita u għamel 14-il ħarġa bħala sostitut fil-Premier League.
Fi żmien meta Carlo Ancelotti akkwista lil Eduardo Camavinga, Ceballos baqa’ barra mill-azzjoni jirkupra minn injury fl-għaksa.
Il-Los Blancos x’aktarx iċedu lill-player ta’ 25 sena matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Real Betis, ex club ieħor ta’ Ceballos, huwa fuq quddiem għall-akkwsit ta’ dan il-player hekk kif qed jippruvaw jiksbu kwalifikazzjoni Ewropea għall-istaġun li ġej.
Madankollu, qed jingħad li l-Gunners qed isegwu s-sitwazzjoni wkoll, minkejja li l-player qatt ma rnexxielu jżomm post regolari fil-formazzjoni inizjali taħt Mikel Arteta.