Friday, January 10, 2025

Dani Olmo jingħata permess biex jilgħab ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Dani Olmo u Pau Victor se jitħallew jilagħbu ma’ Barcelona wara li l-club Katalan ingħata permess proviżorju biex jirreġistra lill-koppja mill-Kunsill Nazzjo­nali tal-Isports Spanjol (CSD).

Il-players, iż-żewġ akkwisti tas-sajf, kienu rreġistrati biss għall-ewwel nofs tal-istaġun peress li Barcelona ma setgħux jilħqu r-res­trizzjonijiet tal-limitu tal-pagi ta’ La Liga.

Nhar is-Sibt, il-Federazzjoni Spanjola tal-Football (RFEF) u La Liga rrifjutaw it- talba ta’ Barcelona biex jirreġistrawhom.

Madankollu, nhar l-Erbgħa daħlu s-CSD wara appell mill-club biex jagħti miżura ta’ prekawzjoni u jħallu lill-koppja jilagħbu fi żmien qasir.

L-attakkanti Olmo u Victor se jkunu disponibbli sakemm is-CSD jieħu deċiżjoni definittiva dwar il-każ tal-club kontra La Liga u l-RFEF.

“Din il-miżura, li hija proviżorja sa­kemm l-appell imressaq mill-club u mill- players imsemmija qabel jiġi finalment solvut, tissospendi (id-deċiżjoni ta’ La Liga u l-RFEF), u t-tħassir tal-liċenzji sportivi tal-players imsemmija qabel,” qal is-CSD fi stqarrija. 

“Iżomm ukoll il-validità tal-imsemmija liċenzji sakemm dan l-appell jiġi finalment solvut.”

Id-deċiżjoni waslet tard wisq biex Olmo u Victor setgħu jkunu eliġibbli għall-għażla fis-semi-finali tas-Super Cup Spanjola hekk kif Barcelona għelbu lil Athletic Bilbao bl-iskor ta’ 2-0, fl-Arabja Sawdija, biex issa jilagħbu fil-finali tal-Ħadd kontra Real Madrid li għelb lil Mallorca 3-0, il-Ħamis filgħaxija

Olmo – wasla fis-sajf ta’ £51 miljun mingħand RB Leipzig – kien reġistrat bħala eżenzjoni speċjali għall-ewwel nofs tal-istaġun minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta’ Barcelona fissret li ma setgħux jilħqu r-restrizzjonijiet stretti tal-limitu tal-pagi ta’ La Liga.

Talbiet li saru mill-club biex jirreġistra l-koppja qabel kienu ġew miċħuda minn żewġ qrati.

Minn dak iż-żmien Barcelona rrappurtaw li biegħu kaxxi VIP tal-ista­dium il-ġdid tagħhom, li għadu qed jinbena, għas-somma rappurtata ta’  €100 miljun biex ikunu jistgħu joperaw fi ħdan l-iskema tal-Financial Fair Play ta’ La Liga.

Madankollu, il-burokrazija ntbagħtet tlett ijiem wara l-iskadenza ta’ La Liga.

La Liga qalet li Barcelona issa laħqu r-rekwiżiti finanzjarji wara l-iskadenza tal-liċenzji ta’ Olmo u Victor, filwaqt li r-regolamenti jipprevjenu lill-players “jiksbu liċenzja oħra fl-istess club li kienu diġà msemmija miegħu” fl-istess staġun.

Skont rapporti Spanjoli, Barcelona argumentaw li r-regola kienet skaduta u issa għandhom il-fondi filwaqt li s-suq tat-trasferimenti ikun miftuħ u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw lill-koppja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport