Monday, May 12, 2025

Daniel Meli jirbaħ il-kawża biex jevita li jiġi estradit lejn l-Istati Unit

Aqra wkoll

Daniel Meli rebaħ il-kważa li fetaħ fejn kien qiegħed jitlob li ma jiġix estradit lejn l-Istati Uniti.

L-Istati Uniti qiegħda titlob li Meli jiġi estradit lejn il-pajjiż biex ikun jista’ jwieġeb għal akkużi li kien ibiegħ malware illegali fuq dak li jisejjaħ dark web.

Meli li għandu 28 sena hu akkużat li wettaq dan ir-reat bejn Diċembru tal-2012 u Ġunju tal-2022. 

Kien fi Frar tal-2024 meta hu ġie arrestat f’operazzjoni li kienet ikkordinata bejn il-Pulizija Maltija u l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali. Huma kellhom l-għajnuna tal-FBI u anke tad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti.

Minn dakinhar Meli ilu jiġġieled fil-Qrati Maltin biex ma jiġix estradit lejn l-Istati Uniti fejn hemm seta’ jeħel snin twal ta’ ħabs. 

Id-deċiżjoni li ttieħded mill-Qorti dalgħodu tista’ tiġi appellata. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport