Il-Kowċ ta’ Floriana FC, Daniel Portela da Silva, ġie vvutat bħala l-VBET Kowċ tax-Xahar għal Frar 2026.
Matul dan ix-xahar, Floriana kkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-klassifika u żammew konsistenza impressjonanti.
Il-Greens lagħbu sitt logħbiet matul Frar, fejn assiguraw rebħiet kontra Tarxien Rainbows, Hibernians u Gżira United, u kisbu wkoll draws ta’ min ifaħħarhom kontra Marsaxlokk, Valletta u Hamrun Spartans.
It-trofew tal-VBET Kowċ tax-Xahar ta’ Frar ġie ppreżentat lill-Kowċ Kap ta’ Floriana FC, Daniel Portela da Silva, mid-Direttur tal-Business Development ta’ SoftConstruct Malta, Adam Calleja.

