Ir-referee Taljan, Daniele Chiffi, tkellem ma’ gazzetta sportiva Taljana f’intervista li ta tliet xhur wara l-inċident li kellu mal-kowċ ta’ AS Roma Jose Mourinho.
Chiffi, li għandu 38 sena, għall-bidu kien ukoll sospiż mill-Assoċjazzjoni tar-Referees Taljana wara kontroll mhux daqstant pożittiv fil-logħba li Roma lagħbu kontra Milan.
Chiffi kien ta żewġ penalties lil Milan, żewġ karti ħomor lill-plejers Giallorossi u tmien karti sofor b’kollox.
Mourinho kien mar fuqu rrabbjat u qallu li hu l-agħar referee li qatt ra fil-karriera tiegħu.
Chiffi sostna li kellu sajf xejn sabiħ fejn baqa’ jhewden b’dak l-inċident għalkemm sab il-kuraġġ jerġa’ jiġi lura u fuq kollox li jkompli l-karriera li tant iħobb.