Saturday, January 25, 2025

Danilo De Dominicis it-Taljan li tilef ħajtu fl-inċident bil-mutur fl-Imsida

Aqra wkoll

Danilo de Dominicis hu r-raġel li nhar il-Ħamis filgħaxija tilef ħajtu traġikament waqt li kien qiegħed isuq mutur fi Triq Mikiel Anton Vassalli l-Imsida.

Kienu diversi portals tal-midja Taljana li qegħdin jirraporttaw dwar il-mewt ta’ Dominicis ta’ 36 sena li kien jgħix f’Malta, iżda hu minn San Morino.

Il-midja Taljana qiegħda tirraporta li l-vittma kien gradwar mill-Università ta’ Campania “Luigi Vanvitelli” wara li segwa kors fl-ekonomija.

Hu kien beda jgħix Malta xi żmien ilu biex jaħdem f’pajjiżna. Il-vittma hu ħu Paolo De Dominicis, avukat magħruf fl-Italja li jaħdem mad-ditta rinomata Stellato.

Dwar il-passatempi tiegħu, Dominicis kien jappoġġja lit-tim tal-Inter. Il-kominutà fejn kien jgħix fl-Italja tinsab taħt xokk wara li ġriet l-aħbar li dan ir-raġel “bravu u inteliġenti” spiċċa vittma ta’ inċident tat-traffiku wara li ġie Malta biex jagħmel suċċess fil-karriera professjonali tiegħu.

Aqra wkoll Taljan imut f’inċident bil-mutur

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport