Wednesday, October 22, 2025

Danny Rohl konfermat bħala kowċ ta’ Rangers

Aqra wkoll

Danny Rohl ġie kkonfermat bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Glasgow Rangers fil-Premiership Skoċċiż. L-eks manager ta’ Sheffield Wednesday, li qabel kien eskluda l-possibbiltà li jieħu t-tim, issa ħa post Russell Martin fit-tmun tal-klabb ta’ Glasgow.

Rohl, kowċ Ġermaniż ta’ 35 sena b’esperjenza bħala assistent ma’ Bayern Munich u Southampton, hu magħruf għall-metodu tattiku modern tiegħu filwaqt li jiffoka fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Hu se jmexxi lil Rangers għall-ewwel darba nhar il-Ħamis filgħaxija meta jaffaċċjaw lil SK Brann fil-UEFA Europa League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport