Waqt il-vġili li qiegħda tiġi organizzata llejla fil-Belt Valletta, dawk preżenti ngħaqdu f’għajta waħda tal-frażi “Daphne kienet taf! Daphne l-Eroj Maltija”.
Dawk preżenti fosthom il-grupp Occupy Justice u Repubblika dehru fuq quddiem tal-folla li nġabret biex tfakkar il-memorja tal-ġurnalista f’għeluq il-ħames snin mill-qtil tagħha.
Huma dehru jżommu strixxun bil-kliem Daphne Eroj Maltija.
Intant huma mxew lejn il-Monument tal-Assedju l-Kbir fejn numru ta’ kelliema mistennija jagħmlu diskorsi tal-okkażżjoni.