Arsenal u Tottenham Hotspur ingħataw daqqa ta’ ħarta fl-insegwiment tagħhom tal-attakkant ta’ Juventus, Paulo Dybala.
Il-player ta’ 28 sena se jara l-kuntratt tiegħu f’Turin jiskadi f’Ġunju, u issa huwa liberu li jinnegozja ftehimiet ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs barranin.
B’Dybala se jħalli lil Juventus fis-sajf, kemm Arsenal kif ukoll Spurs huma fost numru ta’ clubs Ewropej li esprimew l-interess tagħhom li jingaġġaw lill-internazzjonali Arġentin bi free transfer.
Madankollu, il-holders tas-Serie A Inter fetħu taħditiet mal-attakkant dwar bidla proposta għal San Siro.
Issa huma meqjusa bħala favoroti biex jiffirmaw lil Dybala, bir-rappreżentanti tal-player mistennija jaslu l-Italja fil-jiem li ġejjin biex iżommu aktar taħditiet mad-diriġenti tan-Nerazzurri.
Dybala, li kien marbut ukoll ma’ Chelsea, Manchester City u Barcelona, irreġistra 113-il goal u 48 assist f’285 dehra ma’ Juventus fil-kompetizzjonijiet kollha.