Sunday, November 3, 2024

Daqshekk ċertifikat tat-tilqima għal attivitajiet bilwieqfa fil-miftuħ

Aqra wkoll

Pajjiżna kompla t-triq lejn in-normalità hekk kif mill-bieraħ komplew jiġu rilaxxati ċerti miżuri relatati mal-pandemija tal-Covid.

Kif kien imħabbar, issa mhux se jkun hemm aktar bżonn taċ-ċertifikat tat-tilqima għal attivitajiet fuq barra fejn in-nies ikunu bilqwieqfa.

Il-Gvern kien qal li ħa din id-deċiżjoni wara diskussjoni kellu flimkien mal-Kurja li fiha matulha ħadu sehem l-ogħla awtoritajiet tas-saħħa u tal-Knisja.

Mill-11 ta’ April kien tħabbar li l-avvenimenti bilwieqfa se jkunu permessi. Dawk l-avvenimenti jsiru fuq barra għal kulħadd filwaqt li dawk f’postijiet magħluqa fuq ġewwa jkunu aċċessibbli għal min ikun ħa t-tilqima.

Fil-bidu ta’ Marzu li għadda, id-Deputat Prim Ministru qal li kellhom diskussjonijiet mal-Curia fejn intalbu li jantiċipaw b’ġurnata, għall-10 ta’ April, biex ikunu jistgħu jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm. B’dan il-mod kien qal li l-avvenimenti bilwieqfa jistgħu jibdew isiru mill-10 ta’ April.

Sport