Sunday, November 17, 2024

Daqshekk mobiles fl-iskejjel fl-Olanda

Aqra wkoll

L-istudenti kollha madwar l-Olanda mhux se jkunu jistgħu aktar jieħdu l-mobile magħhom l-iskola minħabba li minħabba fih ħafna qegħdin jitilfu l-attenzjoni tagħhom. Dan tħabbar mill-Gvern Olandiż hekk kif fl-aħħar snin kien hemm diversi ilmenti minn mijiet ta’ għalliema.

Din “il-liġi” se tidħol fis-seħħ mill-bidu tas-sena d-dieħla, iżda studenti li jużaw il-mobile minħabba raġunijiet mediċi fosthom dawk li jieħdu l-insulina jistgħu jibqgħu jdaħħlu l-mobile magħhom.

“Għalkemm aħna konxji li l-mobile sar parti integrali minn ħajjitna, dan xorta mhux postu fil-klassijiet,” qal Robbert Dijkgraaf, il-Ministru tal-Edukazzjoni.

Il-Ministru kompla jgħid li l-istudenti għandhom jikkonċentraw fuq il-lezzjoni u mhux fuq dak li għaddej fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport