Wednesday, December 18, 2024

Daqshekk “Turkey”… issa Türkiye

Aqra wkoll

Mil-lum ’il quddiem f’għaj­nejn in-Nazzjo­nijiet Uniti t-Turkija se ssir magħrufa bħala Türkiye, u dan wara li tal-ewwel laqgħet t-talba li ressqet Ankara. 

Apparti hekk, għadd ta’ istituzzjonijiet internazzjonali se jkunu mitluba biex ukoll jirrikonoxxu dan il-bdil fl-isem li huwa parti minn kampanja ta’ rebranding li l-President Tork kien nieda tard is-sena li għaddiet. 

F’Diċembru li għadda, il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan qal li l-isem Türkiye huwa l-aqwa rappreżentazzjoni tal-kultura, ċivilizzazzjoni u l-valuri tal-poplu tal-pajjiż. Min-naħa tagħha, in-Nazzjonijiet Uniti daħħlet fis-seħħ din il-bidla immedjatament hekk kif waslitilha t-talba l-ġimgħa li għaddiet.  

Il-maġġoranza tal-poplu Tork diġà jsejjaħ lil pajjiżu bħala Türkiye iżda l-verżjoni Turkey – li hija mnissla mill-Ingliż – hija użata ħafna iktar madwar id-dinja u anke ġewwa t-Turkija
stess. 

L-istazzjon televiżiv tal-istat Tork TRT kien ukoll pront ibiddel il-mod ta’ kif jirreferi għal pajjiżu, u spejga li waħda mir-raġunijiet għaliex sar it-tibdil kien minħabba li “l-isem Turkey għandu konnotazzjoni mal-għasfur assoċjat mal-Milied, l-Ewwel tas-Se­na jew Thanksgi­ving.” 

Ekonomija

Sport