Thursday, December 26, 2024

Daqt jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Ċiviku ġdid fix-Xagħra

Aqra wkoll

Kien is-Sindku tax-Xagħra Għawdex, Dr Christian Zammit li ħabbar li wara l-iskada l-perjodu tal-appelli kienet intgħażlet l-offera rebbieħa biex jinbena ċ-Ċentru Ċiviku ġdid fir-raħal.

Zammit qal li wara xhur li fihom kienu qed jiġu evalwati l-offerti pubbliċi għat-twaqqigħ, il-bini u l-’finishing’ taċ-Ċentru Ċiviku ġdid tax-Xagħra, issa l-proġett se jibda jieħu l-ħajja.

Is-Sindku sostna li fil-ġimgħat li ġejjin, l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra se jiġi rilokat f’parti mil-Librerija tax-Xagħra fi Triq it-Tiġrija. U immedjatament wara jibda t-twaqqigħ tal-uffiċċju attwali tal-Kunsill Lokali, l-għassa, il-klinika tas-saħħa u t-toilets pubbliċi.

Zammit qal li l-proġett li se jagħti ċentru ċiviku modern u ġdid lix-Xagħra u lir-residenti tagħha.

Ekonomija

Sport