Saturday, November 23, 2024

Dar tal-anzjani fl-Italja fil-mira ta’ investigazzjonijiet wara li mijiet ta’ residenti jmutu f’dawn l-aħħar tliet xhur

Aqra wkoll

Waħda mill-eqdem djar tal-anzjani fl-Italja tinsab taħt investigazzjoni dwar qtil involontarju wara l-imwiet ta’ mijiet ta’ residenti tagħha waqt il-kriżi tal-Covid-19.

Id-dar tal-anzjani – Pio Albergo Trivulzio – ilha tilqa’ residenti anzjani għandha għal aktar minn mitt sena, madankollu ħaddiema u pazjenti qed jallegaw li minn Marzu sa Mejju, il-virus tal-Covid-19 infirex b’ħeffa kbira fost ir-residenti u l-pazjenti minħabba li l-prekawzjonijiet ta’ sigurtà ma kinux qed jiġu segwiti b’attenzjoni.

Alessandro Azzoni nieda Kumitat għall-Ġustizzja u l-Verità għall-vittmi tad-dar tal-anzjani u qed jipprova jagħmel kuntatt mal-qraba tar-residenti biex jiskopri eżattament x’ġara tul dawn l-aħħar xhur.

Omm Alessandro, Maria, kienet waħda fost eluf ta’ residenti li ġew infettati waqt li kienu fid-dar tal-anzjani, u attwalment tinsab f’qagħda kritika fi sptar f’Milan.

Huwa qal “Staqsejna kemm-il darba: kemm mietu nies fid-dar tal-anzjani? Qatt ma tawna tweġiba. Mill-bidu tas-sena ’l hawn mietu 435 persuna fil-faċilità.”

Qraba nġabru barra l-grada tal-faċilità tal-anzjani biex iħallu fjuri u ritratti tal-għeżież tagħhom li mietu. Oħrajn qed jitolbu li jaraw lill-għeżież tagħhom li għadhom residenti.

Minkejja li r-regoli tal-lockdown fl-Italja qed jiġu rilassati, il-qraba għadhom mhumiex jitħallew iżuru l-għeżież tagħhom fi djar tal-anzjani.

Sport