Friday, May 9, 2025

Dario Genovese Se Jniedi l-EP Ġdid: Burgundy

Aqra wkoll

Il-kantawtur Dario Genovese se joħroġ l-EP il-ġdid tiegħu, Burgundy, fil-ġimgħat li ġejjin. B’taħlita unika ta’ Indie/Folk u rakkonti introspettivi, dan l-EP iwiegħed li jieħu lis-semmiegħa f’vjaġġ ta’ temi dwar il-kumpanija, l-aspettattivi bejn il-ġenerazzjonijiet, u aktar.  

Dwar Dario

Ispirat minn dak kollu li hu vintage, Dario Genovese huwa kantawtur u kitarist lokali. Fl-2012, Dario waqqaf il-grupp tiegħu, fejn ħareġ diversi EPs kif ukoll żewġ albums sħaħ. Wara 8 snin bħala frontman, huwa ddeċieda li jiffoka fuq il-karriera solista tiegħu fl-2020. Bħala artist solista, Dario diġà ħareġ numru ta’ singles oriġinali kif ukoll organizza avvenimenti personali li jinkludu artisti lokali talentużi, bl-ismijiet Library Tapes u Tea. Dario wkoll daqq bħala artist solista fit-Teatru Manoel għall-aħħar edizzjoni ta’ Teatru Unplugged.

Dwar l-EP

Burgundy jinkludi 4 kanzunetti li jgħaqqdu influwenzi minn artisti ikonċi bħal George Harrison u Johnny Cash, kif ukoll artisti aktar moderni fix-xena tal-folk alternattiv u rock, fosthom Mumford and Sons, The Lumineers u aktar. Wara perjodu qasir fejn ma kitebx kanzunetti, Dario kiteb il-kanzunetti ta’ dan l-EP fi żmien ġimagħtejn biss, u beda r-reġistrazzjoni u l-produzzjoni f’Frar li għadda. Burgundy jirrifletti esperjenzi personali u tkabbir artistiku, fejn kull kanzunetta tirrakkonta storja u tistieden lis-semmiegħa biex jgħaqqdu mal-emozzjonijiet u l-ideat wara l-mużika.

L-EP se jkun disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin tal-istrimjar mit-23 ta’ Mejju.

Segwi lil Dario fuq – 

Spotify:

Instagram:

Press Kit:

Għal mistoqsijiet jew intervisti ikkuntattja:

📩 [email protected]

📞 79309093

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport