Monday, May 13, 2024

Darren Debono “it-Topo” jammetti l-involviment tiegħu fil-hold-up tal-HSBC

Aqra wkoll

Jum qabel ma kellu jibda l-ġuri, Darren Debono, magħruf bħala “t-Topo”, ammetta l-involviment tiegħu fl-attentat ta’ hold-up fuq l-bank tal-HSBC fl-2010.

Huwa kien wieħed mit-tliet irġiel akkużati bl-attentat ta’ serqa fuq il-kwartieri ġenerali tal-HSBC fis-sena msemmija.

Rapporti jgħidu li Debono mistenni jiġi kkundannat 10 snin ħabs. 

Iż-żewġ irġiel akkużati l-oħra li se jgħaddu ġuri huma Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, u Fabio Psaila.

Il-Koħħu diġà qed jiskonta piena ta’ ħabs b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dakinhar tal-attentat ta’ hold-up ġew sparati diversi tiri bejn il-ħallenin u l-pulizija.

Il-ġuri se jkun qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti li għad irid jiddeċiedi dwar l-ammissjoni ta’ Debono. Is-sentenza mistennija tingħata llum.

Sport