Albert Scerri rebaħ it-tieni edizzjoni tat-turnew annwali tad-darts organizzat mill-Forzi Armati ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Malta Darts Association.
Għal Scerri dan kien it-tieni suċċess wara li s-sena l-oħra kien rebaħ l-istess kompetizzjoni li ntlagħbet fil-Barracks ta’ Ħal Luqa.
Fit-tieni post spiċċa Kirsten Aquilina li kellu kompetizzjoni ferm pożittiva filwaqt li Alfred Muscat u Eucharist Baldacchino spiċċaw it-tnejn li huma fit-tielet post.
Il-qligħ kollu li nġabar minn din il-kompetizzjoni mar b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Waqt dan it-turnew kien hemm iż-żjara tal-president ta’ Malta George Vella li kellem lill-parteċipanti preżenti.