Albert Scerri u Jonathan Bilocca irnexxielhom jaslu sal-fażi tal-aħħar 64 tal-kompetizzjoni indivdwali tad-WDF Europe Cup wara wirja mill-aqwa li taw fl-ewwel round.
Scerri għeleb lil-Litwan Laimis Zubavicius 4-2 filwaqt li Bilocca kiseb rebħa tajba ta’ 4-1 kontra ċ-Ċek Viteslav Sedlak.
Fit-tieni round, Albert Scerri baqa’ jissielet sal-aħħar kontra l-Ungeriż Gyorgy Jehirski għalkemm kien dan tal-aħħar li ħareġ rebbieħ 4-3. Min-naħa tiegħu, Jonathan Bilocca sabha diffiċli kontra s-Sloven Mladen Josic tant li tilef 4-0.
Iż-żewġ plejers oħra fl-azzjoni iġifieri Tony Borg u Kirsten Aquilina sfaw eliminati mill-ewwel round wara telfiet ta’ Michael Ioannis (1-4) u Robert Nelson (3-4) rispettivament.
Intlagħbet ukoll il-kompetizzjoni tad-doubles femminili fejn Josianne Caruana u Marconia Zammit Borg tilfu kontra Christiane Musik u Denis Neumayer 4-0 filwaqt li bl-istess skor, Lilian Abela u Audrey Gauci sfaw eliminati mill-koppja Franċiża Christine Frison u Claire Monpoux.