Il-Ġimgħa li għaddiet intemm uffiċjalment l-istaġun 2021/2022 tad-darts lokali bl-aħħar sett ta’ logħbiet mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni.
Kien kampjonat iddominat minn Banda Birżebbuġa 1990 li kisbu 68 punt b’distakk ta’ 15-il punt fuq it-tieni tim Beland Bull’s Eye. Minkejja kollox dawn iż-żewġ timijiet ġew promossi għat-tieni diviżjoni wara staġun ferm pożittiv li kellhom.
Sadanittant fil-logħbiet li ntlagħbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kellna lil Birżebbuġa St Peters jegħlbu 6-2 lil Cox Bar fid-derby filwaqt li Qormi Hornets għelbu lil Mqabba FC bl-istess skor. St Paul’s Diamonds għelbu lil Beland Bull’s Eye 5-3 bi Fgura A li ddominaw u għelbu lil Education Ladies 7-1.
KLASSIFIKA FINALI – IT-TIELET DIVIŻJONI
Banda Birżebbuġa 1990 68, Beland’s Bull Eye 53, Qormi Hornets 44, St Paul’s Diamonds 41, Mqabba Tal-Ġilju, Fgura Darts A 33, Cox Sports Club 15, Mqabba FC Darts 10, Education Bar Ladies 7.