Monday, September 23, 2024

Darts: Floriana Ajax A jagħtu qalbhom kontra l-leaders

Aqra wkoll

Floriana Ajax A wettqu wirja kbira kontra l-liders tal-Ewwel Diviżjoni Qormi Hockey Club A tant li żammewhom fi dro ta’ 4-4. Kienet logħba ta’ botta u risposta bil-Qriema li marru darbtejn minn fuq u bil-Furjaniżi li ħin minnhom qalbu l-iskor favurihom għalkemm fl-aħħar żewġ games tal-ewwel kienu kapaċi jġibu l-iskor indaqs.

Minkejja dan id-dro, l-ewwel tim ta’ Qormi Hockey Club għandu vantaġġ ta’ seba’ punti fuq l-eqreb rivali Ħamrun Education Men li kisbu rebħa importanti ta’ 6-2 kontra Manchester Conquest Pub.

Sliema Inter DC u Ħamrun Bayern A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi dro ta’ 4-4 filwaqt li PO’s Bar irritornaw għar-rebħ meta għelbu 5-3 lit-tim tal-qiegħ Floriana Ajax B.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Qormi Hockey Club B baqgħu fil-kmand assolut tal-klassifika wara rebħa tajba ta’ 7-1 kontra Top Gun Bar filwaqt li Żurrieq FC kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara suċċess ta’ 5-3 kontra B’Buġia St Peter. Ħamrun Bayern B u Buġibba Whyte Hart offrew logħba bilanċjata bl-iskor ta’ 4-4 jkun l-iktar wieħed ġust.

Fit-tielet diviżjoni, Banda B’Buġia 1990 baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara rebħa kbira ta’ 7-1 kontra Education Bar Ladies. Mill-banda l-oħra, Beland Bull’s Eye u Qormi Hornets kisbu rebħa identika ta’ 5-3 kontra Cox Sports Bar u Mqabba Tal-Ġilju rispettivament.

Finalment Fgura Darts A u St Paul’s Diamonds ħadu punt kull wieħed wara dro ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Qormi Hockey Club A 32, Ħamrun Education 25, Ħamrun Bayern A 24, Floriana Ajax A 23, Manchester Conquest Pub 18, Sliema Inter DC 11, PO’s Darts Club 6, Floriana Ajax B 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Qormi Hockey Club B 33, Fgura Darts B 31, Buġibba Whyte Hart 22, Ħamrun Bayern B 19, Munchies Buġibba 17, Top Gun Bar 8, Żurrieq FC 6, B’Buġia St Peters BC 0.

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Banda B’Buġia 1990 29, Beland’s Bulls Eye 25, Qormi Hornets 21, St Paul’s Diamonds 20, Fgura Darts A 11, Mqabba Tal-Ġilju 10, Cox Sports Club 7, Mqabba FC 5, Education Bar Ladies 1

Sport