Friday, September 20, 2024

Darts: Ħamrun Bayern A jagħtu l-ewwel telfa lil-leaders Qormi Hockey A

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A telgħu fit-tielet post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat nazzjonali 8-a-side tad-darts meta kontra kull mistenni għelbu lil-leaders Qormi Hockey A 5-3. Il-Ħamruniżi taw wirja kbira kontra tim ferm aktar ikkwotat minnhom li inċidentalment kienu qed isofru l-ewwel telfa staġjonali

Wara li sabu ruħhom żewġ games minn taħt, l-ewwel tim ta’ Qormi Hockey A wettaq reazzjoni bl-aħħar parti tal-logħba tkun waħda bilanċjata għalkemm finalment kienu Ħamrun Bayern A li ħadu l-iktar tliet punti importanti.

Ħamrun Education Men approfittaw miż-żelqa tal-Qriema u issa jinsabu erba’ punti bogħod mill-quċċata wara rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Floriana Ajax MCP B.

Floriana Ajax MCP A u Manchester Conquest Pub offrew logħba bilanċjata tant li l-logħba ta’ bejniethom spiċċat fi draw ta’ 4-4.

Finalment Sliema Inter DC kisbu r-raba’ rebħa staġjonali kontra PO’s Bar hekk kif għelbuhom 5-3.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Qormi Hockey Club B kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Ħamrun Bayern B biex sa ċertu punt pattew għat-telfa li kisbu l-ewwel tim fl-ogħla diviżjoni kontra l-istess klabb avversarju. It-tieni tim tal-Qriema jinsab igawdi erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Fgura Darts B li setgħu jiġu biss fi draw ta’ 4-4 kontra Whyte Hart.

Munchies Buġibba baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika hekk kif ixxalaw u għelbu lil Birżebbuġa St Peter 8-0.

Top Gun Bar ftit sabuha faċli sabiex jegħlbu l-isfida iebsa li offrewlhom Żurrieq FC għalkemm xorta rebħu 5-3.

Fit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa 1990 baqgħu l-leaders assoluti hekk kif għelbu 8-0 lil Fgura Darts A filwaqt it-tieni tim Beland Bull’s Eye iddiżappuntaw hekk kif sfaw megħluba 5-3 minn Mqabba tal-Ġilju.

Qormi Hornets baqgħu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara suċċess ta’ 6-2 fuq Education Ladies filwaqt li l-konfront bejn St Paul’s Diamonds u Mqabba FC kien wieħed bilanċjat tant li l-iskor finali kien dak ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Qormi Hockey A 32, Ħamrun Education 28, Ħamrun Bayern 27, Floriana Ajax MCP A 24, Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 14, PO’s Bar 6, Floriana Ajax MCP B 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Qormi Hockey B 36, Fgura Darts B 32, Buġibba Whyte Hart 24, Munchies Buġibba 20, Ħamrun Bayern B 19, Top Gun Bar 11, Żurrieq FC Darts 6, Birżebbuġa St Peter 0.

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Banda Birżebbuġa 1990 32, Beland Bull’s Eye 28, Qormi Hornets 24, St Paul’s Diamond 21, Mqabba tal-Ġilju 13, Fgura Darts A 11, Cox Sports Bar 7, Mqabba FC Darts 6, Education Bar Ladies 1.

Sport