Ħamrun Bayern u Floriana Ajax temmew il-konfront ferm mistenni ta’ bejniethom fi draw interessanti ta’ 3-3 f’logħba minn grupp A tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA.
Dan ir-riżultat iktar iffavorixxa lill-Ħamruniżi li baqgħu jżommu ħames punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom. Wara li sabu ruħhom 2-0 minn taħt, Ħamrun Bayern wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs bil-Furjaniżi li baqgħu kkonċentrati għalkemm kellhom jikkuntentaw b’punt wieħed biss minn dan il-konfront.
F’logħba oħra minn dan il-grupp, Top Gun Bar ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Żebbuġ Rangers 5-1.
Sadanittant is-sitwazzjoni fi grupp B baqgħet waħda bilanċjata għalkemm kien hemm konfronti ferm interessanti.
Manchester Conquest Bar iddominaw u għelbu lil Duke of Connaught 6-0 sabiex qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma’ PO’s Bar li min-naħa tagħhom għelbu lil St Paul’s Diamonds 4-2.
KLASSIFIKA – Grupp A
Ħamrun Bayern 13, Floriana Ajax, Top Gun Bar 8, Żebbuġ Rangers 3, Banda Birżebbuġa 1
KLASSIFIKA – Grupp B
Manchester Conquest Bar, PO’s Bar 10, St Paul’s Diamonds, Sliema Inter 7, Duke of Connaught 0