Żewġ timijiet mill-istess lokalita’ se jkunu qed jikkontestaw il-finali tal-5-a-side tournament hekk kif Ħamrun Bayern A u Ħamrun Education rebħu t-tieni leg tas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts.
Education Bar għelbu lil Birżebbuġa Lions 5-0 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. Wara li fl-ewwel leg huma rebħu 4-1, il-Ħamruniżi żammew l-istess konsistenza sabiex eventwalment rebħu bi skor aggregate ta’ 9-1.
Fis-semifinali l-oħra li kienet ferm missielta, Ħamrun Bayern A għelbu lil PO’s Bar Gudja 3-2 sabiex irrepetew l-istess skor tal-ewwel leg u rebħu bl-iskor kumplessiv ta’ 6-4.
Minkejja t-telfa, il-Gudjani dejjem kienu fil-logħba għalkemm kellhom ibaxxu rashom fl-aħħar għall-kwalifikazzjoni tal-Ħamruniżi.
Il-finali bejn Ħamrun Education Bar u Ħamrun Bayern A se ssir nhar it-Tlieta li ġej fil-klabb ta’ Żejtun Laċċi.