L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts organizzat b’suċċess is-serata ta’ premjazzjoni li biha għalqet l-istaġun 2023/24 li kien wieħed ferm interessanti. Bosta plejers u klabbs irċevew l-unur rispettiv tagħhom fejn fihom spikkaw fil-logħob tagħhom.
Floriana ġew ikkonfermati bħala champions tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt li Birgu Boċċi Club A kienu r-rebbieħa tat-tieni diviżjoni. Mill-banda l-oħra, Leah’s Bar B kisbu suċċess fit-tielet diviżjoni wara staġun ferm konsistenti.
F’aktar kampjonati milgħuba, Ħamrun Bayern A rebħu l-4-a-side filwaqt li Żejtun Laċċi Gold Lady kienu r-rebbieħa tal-5-a-side.
Bħala unuri individwali, Norbert Attard rebaħ il-plejer tas-sena tal-irġiel filwaqt li Liliana Abela rebħet il-kategorija tan-nisa.
Mistieden speċjali għal din is-serata kien is-segretarju ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Kevin Azzopardi. Il-president il-ġdid Tony Demanuele qassam t-trofej lir-rebbieħa.
Sadanittant l-unuri kollha mirbuħa kienu dawn:
L-Ewwel Diviżjoni: Floriana Ajax Premier Cars
It-Tieni Diviżjoni: Birgu Bocci Club Darts Team (A)
It-Tielet Diviżjoni: Leah’s Bar Darts Team (B)
Unuri Mirbuħa għal Player of the Year
It-Tielet Diviżjoni: Emanuel Borg
It-Tieni Diviżjoni: Charles Fenech
L-Ewwel Diviżjoni: Aquilina Kevin, Aquilina Kirsten, Norbert Attard
– Overall Player of the Year Irġiel: Norbert Attard
– Overall Player of the Year Nisa: Liliana Abela
5-a-side League :Zejtun Lacci Gold Lady Jewellers
4-a-side League: Hamrun Bayern A
Malta Youths : Thomas Sammut
Premier League Irġiel: Jonathan Bilocca
Premier League Nisa: Liliana Abela
Super Cup Nisa: Liliana Abela
Super Cup Irġiel: Norbert Attard
Doubles Rġiel: Norbert Attard u Kevin Aquilina
Highest Finish
L_-Ewwel Diviżjoni: Clifford Caruana 158
It-Tieni Diviżjoni: Duncan Incorvaia 152
It-Tielet Diviżjoni: John Cutajar 161
-5-a-side: Norbert Attard 164