Tuesday, December 24, 2024

Darts: Norbert Attard rebbieħ tat-tournament organizzat minn Ħamrun Bayern

Aqra wkoll

Il-Ħadd li għadda l-klabb lokali ta’ Ħamrun Bayern organizza turnament ta’ ġurnata fl-Imrieħel.

Madwar 42 plejer ħadu sehem f’din l-attivita’ fejn il-livell ta’ darts muri kien wieħed verament għoli.

Fl-ewwel post spiċċa Norbert Attard li fil-finali għeleb lil Albert Scerri 5-1. Fit-tielet post spiċċaw Kevin Aquilina u Kevin Spiteri filwaqt li l-ogħla finish marret għand Godfrey Abela.

Il-preżentazzjoni tat-trofej saret mis-sur Mark Micallef, uffiċjal u plejer tal-klabb.

Ekonomija

Sport