Friday, September 20, 2024

Darts: Qormi Hockey Club A jżommu l-ħames punti vantaġġ wara rebħa kbira

Aqra wkoll

Qormi Hockey Club A żammew il-vantaġġ ta’ ħames punti fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat 8-a-side organizzat mill-MDA meta ddominaw u għelbu lil Sliema Inter Darts Club 8-0. Il-Qriema kienu determinati li joħorġu bit-tliet punti minn dan il-konfront u ftit taw ċans lill-avversarji tagħhom iwettqu xi tip ta’ reazzjoni.

Mill-banda l-oħra, Ħamrun Bayern A żammew it-tieni pożizzjoni wara suċċess ta’ 5-3 kontra Education Men. Dan kien meqjus bħala konfront dirett bejn żewġ timijiet mill-istess raħal. Fl-aħħar mill-aħħar kienu Bayern A li daħku l-aħħar daħka sabiex irreġistraw l-għaxar rebħa staġjonali.

Floriana Ajax MCP A qabżu lil Education Men fil-klassifika wara li għelbu 8-0 fid-derby kontra t-tieni tim tagħhom stess filwaqt li Manchester Conquest Pub kisbu rebħa prezzjuża ta’ 5-3 kontra PO’s Bar Gudja.

Fit-tieni diviżjoni, il-liders baqgħu Qormi Hockey Club B li ftit sabu diffikulta’ sabiex rebħu 7-1 lil Munchies. Fgura Darts B baqgħu jsegwu lir-rivali tagħhom u qegħdin erba’ punti bogħod mill-quċċata wara rebħa missielta ta’ 6-2 fuq Żurrieq FC.

Ħamrun Bayern B u Top Gun offrew logħba bilanċjata bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4 filwaqt li Whyte Harte ixxalaw u għelbu lit-tim tal-qiegħ Birżebbuġa St Peter 8-0.

Fit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa 1990 komplew bil-mixja pożittiva tagħhom għalkemm ma sabuhiex faċli kontra Beland Bull’s Eye hekk kif rebħu 5-3. Din ir-rebħa għenet ukoll lit-tim minn Birżebbuġa jiftaħ vantaġġ komdu ta’ għaxar punti fuq l-istess avversarji. Sadanittant Beland intlaħqu minn Qormi Hornets fit-tieni post tal-klassifika wara rebħa ta’ 6-2 kontra Cox Bar. Education Ladies kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat wara li għelbu lil Mqabba FC 5-3 Fgura Darts A għelbu bl-istess skor lil Mqabba tal-Ġilju.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Qormi Hockey A 38, Ħamrun Bayern A 33, Floriana MCP A 30, Ħamrun Education 28, Manchester Conquest Pub 22, Sliema Inter DC 17, PO’s Bar 6, Floriana Ajax MCP B 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Qormi Hockey B 40, Fgura Darts B 36, Buġibba Whyte Hart 28, Munchies Buġibba 24, Ħamrun Bayern B 23, Top Gun Bar 15, Żurrieq FC Darts 6, Birżebbuġa St Peter 0.

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Banda Birżebbuġa 1990 38, Beland Bull’s Eye, Qormi Hornets 28, St Paul’s Diamonds 24, Mqabba tal-Ġilju 16, Fgura Darts A 15, Cox Sports Bar 7, Mqabba FC Darts 6, Education Bar Ladies 4.

Sport