Monday, October 21, 2024

Darts: Żejtun Band Club Rosso 33 waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika

Aqra wkoll

Żejtun Band Club Rosso 33 telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts meta għelbu l-isfida diretta ta’ Birgu Boċċi Club A 5-3.

Kienet logħba ferm emozzjonanti bejn żewġ timijiet li għandhom plejers ta’ livell għoli u li għamlu l-konfront wieħed bilanċjat.
Rosso 33 dejjem kienu minn fuq iżda l-Ġirbin dejjem żammew mal-pass tal-avversarji u kien biss fl-aħħar li kellhom isofru l-ewwel telfa staġjonali.

Iċ-champions Floriana Ajax A għelbu lil Sliema Lounge A 7-1 bit-tieni tim tagħhom Floriana Ajax MCP jiddominaw il-konfront kontra Żejtun Laċċi Maypole tant li rebħu 8-0.

Ħamrun Bayern kisbu rebħa tajba ta’ 7-1 kontra Juventutis Domus.

Fit-tieni diviżjoni, kellna bilanċ assolut fejn tliet partiti spiċċaw fi draw ta’ 4-4 (Top Gun vs Cox Bar, Birgu Boċċi Club B vs Żejtun Band Club B u Duke’s A vs Beland) filwaqt li l-unika rebħa tal-ġurnata kisbuha Żejtun Laċċi Reds li għelbu lil PO’s Bar Gudja 6-2.

Fit-tielet diviżjoni, l-ikbar rebħa kisbuha Titans Tal-Balklor wara skor ta’ 8-0 kontra Żurrieq FC filwaqt li Munchies ukoll irreġistraw rebħa kbira ta’ 7-1 kontra Nicolo Isouard.

MMG Darts kisbu tliet punti ferm importanti għall-klassifika tagħhom wara skor ta’ 6-2 kontra Sliema Lounge B filwaqt li Tal-Ġilju Mqabba xejn ma sabuha faċli sabiex rebħu lil Duke’s B 5-3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport