Saturday, September 7, 2024

Darts: Żejtun Laċċi u Ħamrun Bayern A jiksbu punt kull wieħed f’konfront bilanċjat

Aqra wkoll

Fl-iktar logħba mistennija fi tmiem din il-ġimgħa, Żejtun Laċċi A u Ħamrun Bayern A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 4-4 fl-uniku logħba li kellna mill-ewwel diviżjoni.

Kien konfront fejn iż-żewġ naħat bdew jalternaw il-vantaġġ tagħom biż-Żwieten li kienu 4-2 minn fuq f’mument minnhom iżda bil-Ħamruniżi li kienu kapaċi jirbħu l-aħħar żewġ games sabiex ħadu punt.

Fit-tielet diviżjoni, Leah’s Bar B baqgħu jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika wara li barra minn darhom għelbu lil Munchies Bar 6-2.

Fit-tieni post tal-klassifika hemm Birgu Boċċi Club B li wkoll kisbu suċċess ta’ 5-3 kontra Nicolo Isouard.

Min-naħa l-oħra, Tal-Balklor Senglea telgħu fir-raba’ post tal-klassifika wara rebħa ta’ 6-2 kontra Mqabba Tal-Ġilju filwaqt li Sliema Lounge B kisbu l-ewwel punt staġjonali wara draw ta’ 4-4 kontra Domus Ladies.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Ajax Premier Cars A 17, Żejtun Laċċi A 16, Ħamrun Bayern A 14, Birżebbuġa Lions 11, Sliema Lounge A 7, Floriana Ajax MCP 6, PO’s Bar 2, Ħamrun Bayern B 1.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’ Bar B 22, Birgu Boċċi Club B 20, Żejtun Laċċi Maypole 18, Tal-Balklor Senglea 10, Munchies Bar 9, Mqabba Tal-Ġilju, Nicolo Isouard, Domus Ladies 7, Sliema Lounge B 1.

Ekonomija

Sport