Thursday, October 3, 2024

Darwin Nunez jiċħad kuntatti ma’ Atletico Madrid

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez, ċaħad li hu se jitlaq minn Anfield Road sabiex jingħaqad ma’ Atletico Madrid. Il-plejer ta’ 25 sena qal li jinsab kuntent mat-tim immexxi minn Arne Slot u jinsab konċentrat li jkollu staġun pożittiv.

Nunez qal li l-ebda klabb ma kellmu u sinċerament ftit jagħtu każ meta għandu tim li jinsab għal qalbu miegħu.

Nunez ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2022 fejn skorja 21 gowl f’69 logħba. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Penarol, Almeria u Benfica.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport