Sunday, November 24, 2024

Darwin Nunez jista’ jingħata sospensjoni twila

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Darwin Nunez, jista’ jin­għata sospensjoni twila wara ġlied mal-partitarji tal-Kolumbja, wara t-telfa tas-semi-finali tal-Copa Ameri­ca, bl-iskor ta’ 1-0, liema tournament qed jintlagħab fl- Istati Uniti. 

Peró, huwa se jitħalla jilgħab fil-partita għat-tielet post kontra l-Kanada (matul dan il-lejl), li flimkien ma’ 10 players oħra se jkun taħt investigazzjoni.  

Dan l-inċident, li seħħ f’Charlotte, jixħet dubju fuq il-karriera ta’ Nunez kemm fix-xena internazzjonali kif ukoll fuq livell ta’ club.

F’xenarju mimli tensjoni, wara li partitarji tal-Kolum­bja xeħtu oġġetti u attakkaw lill-familjari tal-players tal-Urugwaj li kienu f’sezzjoni biswit tagħhom fl-istands, il-players tal-Urugwaj intervjenew, b’mod speċjali Nunez fejn kien involut fi ġlied. 

B’riżultat ta’ dan, “Darwin Nunez jista’ jiffaċċja sospensjoni fit-tul wara li ħabat għall-partitarji fl-istands wara t-telfa tas-semi-finali kontra l-Kolumbja,” irrappurtat il-media Amerikana.  

Il-korp governattiv tal-footbal tal-Amerika t’Isfel, CONMEBOL, fil-jiem li ġejjin se tiddetermina s-severi­tà tal-piena ta’ Nunez. Minħabba l-gravità tal-inċident, “il-FIFA tista’ tiddeċiedi li testendi kwalunkwe sospensjoni għall-football domestiku,” li jkollha impatt sinifikanti fuq il-karriera tiegħu ma’ Liverpool.

Min-naħa tagħhom, Liverpool qed jaħdmu biex jistabbilixxu l-fatti u huwa mifhum li t-team tat-tmexxija tal-football tagħhom għamel kuntatt ma’ Nunez.

Din il-mossa turi l-urġenza u s-serjetà li biha Liverpool qed jittrattaw din il-kwistjoni.

Sport