L-attakkant internazzjonali Urugwajan ta’ Liverpool, Darwin Nunez, talab apoloġija għall-imġieba rresponsabbli tiegħu meta tkeċċa fid-draw ta’ 1-1 kontra Cyrstal Palace.
Id-debutt tiegħu f’Anfield kellu jkun wieħed speċjali iżda ttrasforma f’wieħed li jrid jinsa kemm jista’ jkun malajr wara li ta daqqa bir-ras lid-difensur avversarju, Joachim Andersen.
Fuq il-media soċjali, Darwin skuża ruħu ma’ kulħadd speċjalment mal-istaff tekniku u l-partitarji ta’ Liverpool. Huwa qal:
“Ninsab konxju tal-attitudni banali tiegħi. Se nitgħallem minn dan l-iżball u nwiegħed li dan l-episodju mhux se jirrepeti ruħu.
“Għaldaqstant nitlob skuża minn dawk kollha li huma nvoluti fil-club ta’ Liverpool kif ukoll mill-partitarji.”